Toroq
Is-Sibt li ġej ipprova tgħaddix minn Kordin lejn il-Marsa u lura

Infrastructure Malta ħabbret li s-Sibt li ġej se jitpoġġew erbatax-il travu għall-flyovers tal-Marsa Junction li se jinfetħu f’Ġunju li ġej.

It-travi jiżnu 38 tunnellata u huma twal 30 metru, għalhekk se jkollhom jingħalqu xi karreġġjati minn Sir Paul Boffa Avenue bil-għan li t-travi jittellgħu mingħajr periklu għas-sewwieqa.

Ix-xogħol se jsir bejn is-6.00am u l-4.00pm, u matul dan il-ħin se jkun hemm miftuħa biss karreġġjata waħda lejn kull naħa.

Infrastructure Malta appellat biex is-sewwieqa jgħaddu bil-galbu, u fejn possibbli jużaw rotot alternattivi minn Santa Luċija, Ħal Luqa u Ħal Qormi. It-triq fl-inħawi ta’ Baċir Numru 7 se tkun ukoll miftuħa minn Raħal Ġdid lejn il-Marsa.

Vjal Sir Paul Boffa
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Saħħa

X’għandek tagħmel jekk sejjer jew tinsab iċ-Ċina bħalissa fejn faqqa’ l-mikrobu perikoluż tal-coronavirus? Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li wieħed għandu jevita r-rasses u postijiet fejn hemm xi annimali mejta bħal…

Kronaka

Ilbieraħ filgħaxija, post li ilu abbandunat żmien twil f’Tas-Sliema ħa n-nar. L-inċident seħħ fi Triq Camenzuli kantuniera ma’ Triq Sant’Enriku f’Tas-Sliema. Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni…

Aktar