Lokali
Is-sidien tal-pompi tal-fjuwil japprovaw l-arranġament li sar bejn il-Gvern u l-GRTU

Is-sidien tal-pompi tal-fjuwil approvaw l-arranġament li sar bejn il-Gvern u l-GRTU li kienet qed titlob żieda fil-qligħ. Fi stqarrija, il-GRTU qalet li waqt laqgħa saħqet li l-importanza issa hija li biex iż-żmien qasir li fadal sakemm tidħol fis-seħħ id-direttiva Ewropea, jintuza b’mod għaqli. Il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU Abigail Mamo qalet li flimkien mas-sidien tal-pompi tal-fjuwil, se jkunu qed jaħdmu flimkien ħalli ma jintilifx żmien biex fi kliemha ma jkunx hemm inkwiet għaliex id-Direttiva ma tiġix osservata fiż-żmien stipulat.

Wara il-laqgħa ta’ nhar is-Sibt, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma qal li l-offerta li għamel il-gvern ma titfax piż fuq il-konsumaturi u n-negozji.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li filwaqt li l-gvern lest li jgħin lis-sidien tal-pompi tal-petrol, huwa talab għall-garanzija li s-sidien li ma segwewx l-obbligi tagħhom jerfgħu r-responsabilità.