Lokali
Is-sidien tat-Tarzna ta’ Palumbo jeħlu 6 snin ħabs f’Messina – se jappellaw mis-sentenza

Is-sidien tat-Tarzna ta’ Palumbo f’Malta, Antonio Palumbo u ibnu Raffaele ġew ikkundannati sitt snin ħabs wara li Qorti f’Messina sabithom ħatja li rmew skart perikoluż b’mod illegali.

Iż-żewġ imprendituri minn Napli huma fost sebgħa persuni li nstabu ħatja li bejn l-2011 u l-2013 irmew tunnellati ta’ kimiċi li jużaw fil-manutenzjoni tal-vapuri.

Kelliema għall-kumpanija Palumbo qalet li se jappellaw mis-sentenza u żiedet tgħid li l-verdett ma jaffettwax l-investimenti li għandhom f’Malta. L-avukati tal-familja Palumbo qalu li l-proċess ġudizzjarju kien ivvizzjat waqt li l-prosekuturi naqsu li jippruvaw u jivverifikaw l-akkużi miġjuba kontrihom.