Qorti
Is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi tinħeles mill-arrest

Is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi li jinsab mixli bi traffikar tad-droga nħelset mill-arrest, wara li kienet qed tinżamm arrestata fuq allegazzjonijiet li kkorompiet xhud billi offriet li tħallsu €20,000 biex ma jixhidx fil-każ kontra s-sieħeb tagħha.

Isem il-mara, li għandha 31 sena, ma jistax jixxandar minħabba li hija omm ta’ ħamest itfal ta’ bejn l-4 u l-15-il sena.

Hija tinsab akkużata li ċċirkulat flus foloz u li ffrodat tlett iħwienet f’San Ġwann u Tas-Sliema. Qed tiġi akkużata wkoll li kellha fil-pussess tagħha d-droga kannabis. Jordan Azzopardi għandu qed jinżamm arrestat.

Ara wkoll:

Każ Jordan Azzopardi: Isibu droga u flus foloz moħbija f’ħajt tas-sejjieħ u f’għar

Arrestata mill-ġdid it-tfajla ta’ Jordan Azzopardi – akkużata li provat ixxaħħam xhud

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival ta’ Malta jinżel fl-istorja mhux biss għall-karrijiet, u kostumi u maskeruni ikkuluriti, iżda wkoll għat-temp tar-rebbiegħa li għamel f’nofs ix-xitwa. U dan huwa element importanti fir-renju tal-bluha li għat-tielet…

Teknoloġija

L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali, li għandha r-responsabiltà li tirregola s-settur tad-Distributed Ledger Technologies u l-Intelliġenza Artifiċjali, għaddejja b’taħdidiet ma’ numru ta’ entitajiet fosthom Transport Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex tintuża l-aħħar teknoloġija…

Saħħa

Rapport annwali miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard juri li f’temp ta’ għaxar snin il-każijiet ġodda ta’ HIV f’Malta sparaw il-fuq. Kienu 72 persuna li tul is-sena li għaddiet irriżultaw…

Qasam soċjali

Taqra l-brevjar minn fuq it-tablet waqt li qed tagħmel id-dijalisi, Suor Agnes Zammit qalet li din hija r-realtà li ilha tgħixha għal dawn l-aħħar xahrejn għal tliet darbiet fil-ġimgħa. Hija…

Aktar