Knisja Maltija
Is-Siġġiwin jiċċelebraw il-Festa Liturġika tal-Qaddis patrun tagħhom

Fis-6 ta’ Diċembru – is-Siġġiwin jiċċelebraw il-Festa Liturġika tal-Qaddis patrun tagħhom, San Nikola. Kif inhi t-tradizzjoni, it-tfal kienu l-qofol ta’ din il-festa. L-istudenti tal-iskola primarja mxew f’purċissjoni bl-istatwa ċkejkna ta’ San Nikola, li nġarret fuq l-ispallejn mill-istudenti stess.

Akkumpanjata miż-żewġ baned tal-lokalità: Siġġiewi Festival Brass Band u Banda San Nikola, il-purċissjoni bl-istatwa ntlaqgħet mill-entużjażmu tas-Siġġiwin u studenti ta’ skejjel oħra li nġabru fil-Pjazza.

Nicholas Bezzina, li jieħu ħsieb il-magazine tal-festa ta’ San Nikola, rrakkonta kif sal-1950, il-festa tal-patrun tas-Siġġiewi kienet issir f’nharha – fis-sitta ta’ Diċembru. Qal li mis-sena ta’ wara l-festa bdiet issir fis-sajf.

Is-Sur Bezzina stqarr li din l-attività tqanqalu sens ta’ nostalġija ta’ tfulitu.

“Jien niftakar li meta konna għadna żgħar konna niġu mill-iskola bħalma fil-fatt jagħmlu t-tfal illum u ninżlu proċessjonalment il-knisja fejn kien ikollna l-quddiesa imma madwar ħmistax-il sena ilu ttieħdet l-inizjattiva kif konna nagħmlu meta kont tifel jien imma naturalment bdiet iżid peress li żdied ukoll forma ta’ pageant.”

Din il-festa hija preludju għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied. L-istorja tgħid li San Nikola ta l-ġidu lill-fqar u ddedika lilu n-nifsu biex jgħin li batut u jaħdem kontra l-inġustizzji.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

F’konferenza stampa, il-Prim Ministru ħabbar metodu trasparenti u bi prinċipju bażiku fil-kuntest ta’ dak li pproponiet il-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li…

Lokali

Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ma sabet ebda prova ta’ korruzzjoni fi tliet każijiet li ntalbet tinvestiga u li r-rapporti finali tagħhom ġew ippreżentati fil-mejda tal-Kamra tad-Deputati. L-ewwel każ kien dwar…

Aktar