Politika
Is-Sindku tal-Belt jappella għas-sens komun fid-dawl tal-protesti

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, appella għall-għaqda nazzjonali u s-sens komun, fl-isfond ta’ protesti regolari.

Fi stqarrija maħruġa flimkien mal-kunsilliera Laburisti, is-Sindku qal li l-komunità residenzjali fil-Belt qed tbati l-konsegwenzi, bħal ma qed tbati l-komunità kummerċjali, b’rapporti ta’ nuqqas ta’ bejgħ bil-konsegwenza ta’ telf ta’ impjiegi.

“Dak li bnejna matul is-snin fil-Belt Valletta jista’ jintilef jekk mhux ser jiġi mħares l-interess nazzjonali minn kulħadd,” qal is-Sindku Zammit.

Żied li mingħajr ma jċaħħad id-dritt tad-dimostranti li jipprotestaw nappellaw biex f’dan iz-zmien ta’ghaqda nhallu s-serenita tirrenja u b’hekk il-familji kollha jkunu jistghu jidhlu l-Belt jgawdu il-festi tal-milied u l-ewwel tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar