Kultura
Is-Sinjura l-Griża li kienet tgħix fil-Forti Sant’Anġlu – ordnat isir eżorċiżmu tal-post

Binjiet antiki u palazzi ta’ żmien il-Kavallieri huma miżgħuda stejjer, uħud minnhom tal-waħx relatati mal-fatati u l-iħirsa. Fost l-aktar magħrufa hemm l-Grey Lady li jingħad kienet tidher fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu u d-dehriet tagħha aktarx li ntemmu wara li l-mara ta’ kaptan li kienet tgħix fil-Forti ordnat li jsir eżorċiżmu tal-post.

Kittieba u storiċi jiddeskrivu Forti Sant’Anġlu bħala s-simbolu tal-istorja tal-gżejjer Maltin.

Fih seħħew bosta ġrajjiet li wħud minnhom baqgħu mistura bejn il-ħitan wiesgħa tal-Forti nnifsu u oħrajn bħal tas-Sinjura l-Griża jew aħjar ‘Grey Lady’ li baqgħu fuq ilsien bosta anke jekk qatt ma ġew ippruvati li huma veri.

Il-kuratur tal-Forti Sant’Anġlu, Matthew Balzan spjegalna li l-leġġenda tas-Sinjura l-Griża li jingħad kienet tidher b’libsa u l-kappell ta’ lewn griż kienet il-maħbuba sigrieta ta’ wieħed mill-Kastellani tal-Forti fi żmien il-Medju Evu. Il-leġġenda tkompli li meta beża’ li martu se ssir taf, ordna li tinqatel u tindifen f’kamra fil-forti stess. Bil-ħsieb li kollox jibqa’ mistur, huwa qatel liż-żewġ gwardjani li wettqu d-delitt.

Matthew Balzan qal “jingħad li hu difinhom hawnhekk fil-Forti u fis-seklu li għadda kienu nstabu tliet skeletri hawnhekk, tnejn maskili u wieħed femminili li l-femminili kellu biċċa drapp griża miegħu u hemmhekk nibtet l-istorja li din kienet is-sinjura l-griża għaliex inqatlet meta kellha libsa griża”.

Waħda min-nisa tal-Kaptani ta’ HMS St Angelo dak iż-żmien kienet sensittiva ħafna għal dawn il-każijiet u tant bdiet iddejjaha l-preżenza ta’ din l-entità li ordnat xi talb u ritit ta’ eżorċiżmu u jingħad li wara li sar dan it-talb il-fantażma ma dehritx iktar minn dakinhar ‘l hawn.

Din il-leġġenda se tkun fost għaxar stejjer li wħud minnhom seħħew vera li se jiġu rrakkuntati b’mod animat nhar il-Ġimgħa filgħaxija waqt żewġ vjaggi organizzati minn Heritage Malta bbażati fuq ġrajjiet misterjużi u t’atti sopranaturali relatati ma’ dan il-forti storiku.

Ara wkoll:

Joqtolhom wara li qabbadhom joqtlu lis-sieħba tiegħu

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar