Lokali
AĠĠORNAT: Is-sistema tal-punti penali tapplika wkoll għall-vetturi kummerċjali

Wara li mill-1 ta’ Diċembru li għadda daħlet fis-seħħ is-sistema tal-punti penali, il-Gvern iċċara li din is-sistema tapplika għall-vetturi kollha kemm privati kif ukoll kummerċjali.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jingħad li ċerti kontravenzjonijiet huma suġġetti għall-multa u tnaqqis ta’ punti mil-liċenzja tas-sewqan u rribattiet il-kritika li saret fl-aħħar jiem dwar jekk is-sistema hux tkun business friendly biżżejjed għall-kumpaniji li jikru l-vetturi jew inkella kumpaniji li għandhom għadd kbir ta’ vetturi u xufiera jaħdmu magħhom.

Fl-istqarrija jingħad li l-Aġenzija dwar l-Inforzar Lokali, il-LESA, waqqaf is-sit elettroniku les.gov.mt li minnu persuna tista’ tħallas ċitazzjoni, tissottometti petizzjoni, kif ukoll tkun infurmata fl-istess ġurnata b’SMS u/jew email li vettura reġistrata fuq isimha qalgħet kontravenzjoni.  Dan is-sit għandu wkoll sessjoni fuq il-punti penali fejn persuna tista’ tniżżel dikjarazzjoni u tindika min kien is-sewwieq f’każi ta’ kontravenzjonijiet tal-ispeed cameras.

L-istess sit jagħti wkoll il-faċilità illi s-sid tal-karozzi jirreġistra l-karozzi fuq ismu, b’delega favur terza persuna (bħal skrivan/a jew segretarju/a) biex ikunu jistgħu jsegwu l-moviment tal-vettura. F’kaz illi l-vettura tkun mikrija għal tul ta’zmien, sid il-vettura jista’ jniżżel dikjarazzjoni mill-istess sit fejn tiġi indikata d-data minn u sa meta u lil min il-vettura ġiet mikrija. Din id-dikjarazzjoni ffirmata flimkien ma’ kopja tal-kuntratt tal-kirja u kopja tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq tittella’ fl-istess sit.

Dan iffisser illi għal dan il-perjodu indikat kull kontravenzjoni tinħareġ fuq is-sewwieq direttament u s-sid ikun jista’ jimmoniterja minn fuq is-sit tiegħu. B’hekk qed jitnaqqas l-inkonvenjent minn fuq is-sidien tal-karozzi tal-kiri kif ukoll kumpaniji illi għandhom diversi vetturi rreġistrati fuqhom, billi ċ-ċitazzjoni tgħaddi mill-ewwel fuq is-sewwieq.  Il-Ministeru qal li bħalissa fis-sistema e-services hemm reġistrati mal-25,000 persuna u b’medja ta’ 385 reġistrazzjonijiet ġodda fil-ġimgħa.

Il-Gvern se jibqa’ kommess li jikkonsulta mal-entitajiet kollha interessati u jassisti lill-kumpaniji kollha li jikru l-vetturi jew għandhom għadd kbir ta’ vetturi u xufiera sabiex din ir-riforma, li ntlaqgħet tajjeb immens, tkun suċċess iktar milli diġà kienet għal iktar sigurtà fit-toroq tagħna.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Qorti ddeċidiet li sidien ta’ proprjetà fil-Belt ma kinux ġew malafamati meta fuq il-midja soċjali l-Kunsill Lokali tella’ ritratt tal-faċċata tagħhom u sejħilhom “maħmuġin”. Il-każ seħħ fis-26 ta’ Lulju 2016, meta…

Lokali

Ix-xejra tat-tnaqqis fil-qgħad kompliet f’April. Ċifri ta’ Jobsplus ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li r-raba’ xahar tas-sena ntemm b’1,847 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan jirrappreżenta 107 persuni anqas fuq ix-xahar ta’…

Lokali

Fi stqarrija maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, il-pubbliku qed jiġi mwissi li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għas-sulfati. Dan l-addittiv instab fil-prodott imsemmi mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta. Isem…

Lokali

Fi stqarrija, il-kumpanija tal-betting bet365 ħabbret li se tkompli tespandi u tkabbar il-preżenza tagħha f’Malta filwaqt li żżomm l-uffiċini ewlenin li diġà għandha fil-Ġibiltà. Bet365 diġà għandha liċenzja għal-logħob tal-azzard…

Aktar