Partit Nazzjonalista
“Is-sistema tat-trasport b’xejn għall-istudenti mhix ippjanata sew” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-kwistjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, il-Gvern l-ewwel ried jimpressjona biex iġib il-voti u issa fir-realtà ħafna nies mhux se jinqdew minħabba li s-sistema mhix ippjanata sew.

F’kollegament telefoniku fuq Net FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sistema tat-trasport b’xejn għall-iskejjel mhix ippjanata sew mill-Gvern, tant li ftit sigħat qabel l-istudenti jibdew l-iskola, ħafna tfal għadhom bla trasport. Dr Delia qal li l-ewwel il-Gvern ried jimpressjona bl-idea u biex jixtri l-voti, imbagħad ma ippjana xejn u ħafna nies li qabel kienu jinqdew issa se jkunu bla trasport.

Dwar l-ambjent il-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern ma jidhirx li għandu pjan jew soluzzjoni u sostna li bħalissa l-ambjent hu mniġġes u l-arja li qed indaħħlu fil-pulmun hi maħmuġa. Sostna li Malta spiċċat bir-raba’ l-agħar kwalità tal-arja fl-Ewropa. Qal li hu għalhekk li hemm bżonn li s-soċjetà tisma’ dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista f’dawn l-oqsma. Enfasizza li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq soċjetà li jimpurtaha. Adrian Delia qal li hemm bżonn li meta nħarsu lejn is-soċjetà naraw li qed tavvanza mhux biss bin-numri, imma li kull persuna tgħix aħjar. Qal li l-punt prinċipali mhux l-infieq jew il-konsum, imma li kull persuna jkollha dak li hu bażiku. Adrian Delia qal li f’Malta dejjem iktar nies m’għandhomx fejn jorqdu, jorqdu fit-toroq, jew m’għandhomx biex iħallsu l-mediċini.

Dwar il-vjolenza domestika, Adrian Delia qal li għalkemm hawn il-liġi kontra l-vjolenza domestika, jeħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar u l-qafas sħiħ biex din il-liġi tissaħħaħ.

Dwar iż-żgħażagħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista irrefera għall-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista, Future Leaders. Qal li ż-żgħażagħ huma l-wiċċ tat-tama u għalhekk b’din l-inizjattiva ż-żgħażagħ jieħdi l-inizjattivi biex ikunu l-mexxejja ta’ għada. Sostna li l-Partit Nazzjonalista mhux liġijiet biex jagħti d-droga liż-żgħażagħ irid, iżda l-opportunitajiet kollha meħtieġa biex jesprimu bl-aħjar mod il-potenzjal tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar