Immigrazzjoni
Is-sitwazzjoni ta’ persuni jfittxu l-ażil sejra mill-ħażin għall-agħar – Leo Brincat

Il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, qal li s-sitwazzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil f’pajjiżi bħall-Italja u l-Greċja, sejra mill-ħażin għall-agħar.

Is-Sur Brincat, li kien l-awtur tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-proġetti tal-Unjoni Ewropea biex itaffu l-pressjoni minn fuq iċ-ċentri tal-immigranti fl-Italja u fil-Greċja, qal li dawn mhux jilħqu l-miri tagħhom.

“Is-sitwazzjoni għadha kritika kemm għal dawk li huma kundizzjonijiet li jgħixu fihom in-nies, u speċjalment minħabba l-proċeduri li hemm li qed iwasslu għal frustrament u anke għal sofferenzi kbar. Per eżempju hemm nies li biex japplikaw għall-ażil, il-proċess u l-proċeduri tant huma burokratiċi, li hemm nies li għandhom appuntament mhux ix-xahar, id-dieħel iżda fis-sena l-2023,” qal is-Sur Brincat.

Is-Sur Brincat qal li l-kampijiet, magħrufa bħala ‘hotspots’, ittellgħu bħala miżura temporanja fil-kriżi tal-immigrazzjoni fl-2015 u spiċċaw iffullati bl-immigranti.

Ir-rapport, li ġie ppreżentat, fost oħrajn, lill-Awditur Ġenerali Charles Deguara, jinnota fost oħrajn li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil, l-AESO, li huwa bbażat f’Malta, naqas milli jġib biżżejjed esperti mill-istati membri biex itaffu mid-dewmien tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil.

Is-Sur Deguara ġedded l-impenn dwar il-ħtieġa li r-rapporti tal-awditur ikunu aktar aċċessibbli u li jinfthiemu aħjar mill-pubbliku. Huwa qal li b’dan il-mod tissaħħaħ il-kontabilità u jikber ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara ta’ 80 sena residenti Ħal Qormi,weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Pinto, Ħal Qormi. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn…

COVID-19

Għal darb’oħra, fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta. Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa fejn intqal ukoll li fl-aħħar 24 siegħa ma kienx hemm min fieq…

Kronaka

Bugħaddas ittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei wara li sab ruħu f’diffikultà f’Wied iż-Żurrieq. TVM tkellem mal-kelliem tal-Pulziija li kkonferma li għal xi 10:00am uffiċjali tal-AFM u CPD kienu fuq il-post…

Kronaka

Anzjana ta’ 70 sena u żewġ persuni oħra sfaw attakki minn Sudaniż fil-Ħamrun wara li kienu għaddejjin għal affari tagħhom. Tvm jinsab infurmat li r-raġel gie arrestat ftit tal-mumenti wara…

Aktar