Knisja Maltija
Is-skiet u l-ħemda jispikkaw f’Ħamis ix-Xirka

Is-skiet u l-ħemda spikkaw anke f’Ħamis ix-Xirka minħabba l-bosta miżuri ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus. Dan l-ambjent jista’ jkun ta’ ġid għal riflessjoni iktar profonda dwar il-passjoni, il-mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù. Il-funzjoni liturġiċi saru fil-knejjes battala iżda ġew imxandra fuq it-televiżjoni.

F’Ħamis ix-Xirka s-saċerdoti kollha jiltaqgħu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann biex flimkien iġeddu l-wegħdiet saċerdotali u biex ikomplu jitħeġġu fl-ordinazzjoni u l-vokazzjoni tagħhom. Fiċ-ċirkostanzi straordinarji li d-dinja sabet ruħha fihom, din is-sena din iċ-ċelebrazzjoni li fiha jsir it-tberik taż-żjut sagri ma saritx fil-forma tradizzjonali tagħha. Minflok kienu mezzi tal-midja soċjali fosthom TVM li permezz tagħhom l-Arċisqof Charles Scicluna għadda messaġġ ta’ tama lis-saċerdoti biex iġeddu l-wegħdiet li għamlu fl-ordinazzjoni tagħhom fil-fond ta’ qalbhom.

“Nitolbok ukoll li f’dawn il-ġranet partikulari tal-Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is-sena, aħna fil-qalb tagħna nġeddu, jiena u inti flimkien ma’ ħutna s-saċerdoti kollha, il-wegħdiet saċerdotali li għamilna, u waqt li nixxenqu għal poplu għażiż tagħna nimpenjaw ruħna biex inkomplu nagħtu ħajjitna għalih.”

Aktar kmieni llum l-Arċisqof Scicluna mexxa t-talb tal-liturġija tas-sigħat u llejla permezz ta’ programm irrekordjat ser tixxandar fuq TVM2 għall-habta tat-tmienja u nofs meditazzjoni msejħa s-Seba’ Waqfiet ma’ Ġesù. Monsinjur Scicluna ppreseda l-funzjoni mogħnija bil-qari mill-iskrittura u riflessjonijiet. Dan it-talb ser jieħu post is-seba’ vizti li normalment isiru f’dan il-lejl qaddis u li jintemmu f’nofsinhar tal-Ġimgħa l-Kbira biex jingħata bidu għal tifkria tal-Passjoni u l-Qawmien ta’ Kristu.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar