Unjoni Ewropea
Is-Soċjalist David Sassoli elett President tal-Parlament Ewropew

Se jerġa’ jkun Taljan imma minn grupp politiku differenti l-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew. Is-suċċessur ta’ Antonio Tajani mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew se jkun David-Maria Sassoli mill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. Hu se jokkupa l-kariga għas-sentejn u nofs li ġejjin. Sassoli, li ħafna jiftakruh jaqra l-aħbarijiet fuq RAI UNO, ilu membru tal-Parlament Ewropew 10 snin.

Sassoli ġie elett fit-tieni rawnd, wara li fl-ewwel votazzjoni ħadd mill-erba’ kandidati ma kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti. F’votazzjoni sigrieta, l-indikjazzjoni ta’ appoġġ lit-Taljan dehret mill-ewwel, għax fl-ewwel votazzjoni Sassoli kiseb 325 mis-662 vot validu, seba’ voti biss anqas mill-maġġoranza meħtieġa biex jiġi elett. Fil-votazzjoni li segwiet hu kiseb maġġoranza bi 345 vot.

Fl-ewwel kummenti wara l-vot, David-Maria Sassoli tkellem dwar il-ħtieġa ta’ riforma fl-Unjoni Eweropea, biex fi kliemu tirritorna għall-għeruq u l-valuri tal-fundaturi tagħha. B’referenza għall-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni, Sassoli wera l-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jkollu rwol ewlieni f’demokrazija. Qal li ma jistax ikun li kull darba li tfeġġ emerġenza, iċ-ċittadini jistaqsu fejn hi l-Ewropa.

Sadanittant, il-Ministru tad-Difiża Ġermaniża Ursula von der Leyen, mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew, li ġiet nominata bħala l-ewwel mara biex tkun President tal-Kummissjoni Ewropea, vvjaġġat lejn Strasburgu għal taħditiet ma’ Ewroparlamentari li jridu jivvutaw dwar n-nomina tagħha fi żmien ġimagħtejn.

Hija trid tegħleb xi oġġezzjonijiet li hemm għan-nomina tagħha mill-Ewroparlamentari li jħossu li l-Parlament Ewropew irid jibqa’ jkollu sehem deċiżiv fl-għażliet tal-mexxejja tal-Istituzzjonijiet Ewropew li ġew nominati mill-mexxejja Ewropej fil-Kunsill.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Ħadd mill-kandidati għall-President ma kiseb il-maġġoranza assoluta

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fit-tnedija tal-Premju Anzjanità Attiva, il-Professur Carm Borg li jmexxi l-bord tal-għażla tal-premju, identifika tliet sfidi li qal ixekklu s-soċjetà milli tapprezza l-anzjanità attiva. L-ewwel sfida, qal il-Professur Borg, hi li…

Lokali

L-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar Ivan Tabone, Matthew Pace u Mariello Spiteri rriżenjaw mill-karigi tagħhom fi ħdan l-awtorità. Dan qalu l-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg fejn qal li fl-aħħar ġranet irċieva t-3 ittri ta’…

Kronaka

Uffiċjali tal-ERA dalgħodu sabu għadd ta’ taħżiż mal-faċċata tal-binja fejn jaħdmu. Fi stqarrija uffiċjali, l-ERA qalet li tikkundanna bla riżervi l-attakk vandalu li sar fuq il-bini tal-istess Awtorità fil-Marsa. Dan…

Avjazzjoni

Għadd ta’ passiġġiera, fosthom iktar minn 60 tifel li huma players tal-football, baqgħu l-art hekk kif it-titjira tagħhom lejn id-Danimarka tħassret. L-istorja jidher li reġgħet irrepetiet ruħha hekk kif għat-tieni…

Aktar