Kisbiet
Is-Soċjetà Filarmonica Nazzjonali La Valette taħtar lill-Cav. Dott Tonio Portughese Membru Onorarju

Iċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited, Cavaliere Dr Tonio Portughese ppreżenta d-DVDs tal-kunċert mill-Banda La Valette “La Sollevazione di Cristo” u l-intervista mal-Mro Joseph Sammut lill-President Jonathan Grima kif ukoll lis-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit. L-intervista ma’ Mro Sammut mill-ġurnalist Mario Xuereb ixxandret fil-programm Ras imb Ras fuq TVM.

Il-kunċert ġie ffilmjat mill-PBS u mxandar nhar il-Ġimgħa l-Kbira, b’direzzjoni ta’ Godfrey Smith.

Iċ-Chairman tal-PBS, Tonio Portughese nħatar Membru Onorarju tas-Soċjetà Filarmonica Nazzjonali La Valette b’rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fl-attivitajiet tal-145 sena mit-twaqqif tagħha u għall-apprezzament mix-xandir pubbliku tal-kultura mużikali f’Malta u f’Għawdex.

Dr Portughese hu wkoll President Onorarju tas-Soċjetà Filarmonica Maria Assunta tal-Gudja, tal-Għaqda Mużikali u Soċjali 12 ta’ Mejju ta’ Ħaż-Żebbuġ u Membru Onorarju għal għomru tas-Soċjetà Filarmonika Leone tar-Rabat, Għawdex, huwa dekorat mill-President tal-Italja bħala ‘Cavaliere Dottore al Merito della Repubblica Italiana’, Uffiċjal tal-Legion d’Honneur mill-President ta’ Franza Francois Hollande; Uffiċjal b’Ġieħ ir- Repubblika mill-President ta’ Malta Dr George Abela, u Ġieħ Għawdex mill-President Marie Louise Coleiro Preca.

Aħbarijiet Oħra
Tfal

Fuq in-noti tal-kanzunetta Circle of Life mill-film Lion King u siltiet oħrajn, grupp ta’ studenti tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Iskola Sekondarja tal-Verdala fakkru l-Jum Dinji għat-Tfal li ġie ċċelebrat…

Politika

Fl-isfond ta’ dawn l-iżviluppi, il-President George Vella kellu laqgħat separati mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Palazz ta’ San Anton. Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li Dr…

Kisbiet

Tifel Għawdxi ta’ tmien snin dalgħodu sfida l-baħar qawwi meta għamel għawma minn Kemmuna għal Għawdex f’inqas minn siegħa. Liam Daly għamel din l-għawma biex iqanqal iktar għarfien dwar il-ħsara…

Aktar