Lokali
Is-Soċjetà Mużikali Maria Assunta tirrikonoxxi lil Tonio Portughese

F’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Muzikali Maria Assunta u l-75 sena tal-Banda Maria Assunta tal-Gudja, ġiet ippreżentata plakka ta’ apprezzament u rikonoxximent mill-President tas-Soċjetà Omar Xuereb lil Dott. Tonio Portughese, President Onorarju tas-Soċjetà Maria Assunta.

Ir-rikonoxximent ingħata f’attività fis-sede tal-Banda Maria Assunta fil-Gudja.

Kav. Dott. Tonio Portughese ngħata dan ir-rikonoxximent għall-appoġġ tiegħu lis-Soċjetà b’mod partikolari fiċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji tagħha li jilħqu l-qofol tagħhom f’Novembru bil-premiere tal-Kantata b’versi tal-mibki Rev George Mercieca u mużika ta’ Mro Herman Farrugia Frantz.