Barranin
Is-Sudan f’kaos wara kolp ta’ stat mill-militar

Il-militar tas-Sudan ħa f’idejh il-pajjiż u arresta bosta membri tal-gvern tranżitorju inkluż lill-Prim Ministru Abdallah Hamdok.

Gruppi favur id-demokrazija fil-pajjiż ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-belt kapitali Khartoum kontra dan il-kolp ta’ stat. Madankollu dawk kontra l-gvern tranżitorju ħarġu jappoġġjaw lill-armata.

L-armata ilha f’kunflitt mal-gvern tranżitorju mindu beda jmexxi lill-pajjiż fl-2019 wara li kien tneħħa l-mexxej ta’ qablu Omar al-Bashir.

L-ajruport ta’ Khartoum ingħalaq u t-titjiriet internazzjonali minn u lejn il-kapitali ġew sospiżi.