COVID-19
Is-suldati se jitħallsu tas-sigħat żejda li jaħdmu waqt l-emerġenza tal-Covid-19

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, qal li s-suldati se jkunu qed jitħallsu tas-sigħat żejda li jaħdmu matul l-emerġenza marbuta mal-COVID-19.

Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern intqal li l-Ministru Camilleri kellu diskussjonijiet mat-taqsima li tirrappreżenta lill-Forzi Armati ta’ Malta tal-General Workers’ Union, li fiha tenna l-impenn li s-suldati jieħdu allowance għal kull siegħa żejda li jaħdmu wara s-sigħat mitluba.

Il-Forzi Armati ta’ Malta huma l-uniku korp dixxiplinat li l-membri tiegħu ma jitħallsux tas-sigħat żejda li jaħdmu. Dan kuntrarju għal ħaddiema f’entitajiet u f’korpi dixxiplinati oħra.