Barranin
Is-suspettat li qatel 3 persuni fi Franza kien għadu kemm wasal fl-Ewropa ftit jiem qabel

Ir-raġel Tuneżin, li qatel tliet min-nies fi Knisja fi Franza kien għadu kemm wasal fl-Ewropa.

Is-suspettat, li għandu 21 sena, kellu dokument tas-Salib l-Aħmar Taljan. Dan wara li kien għadu kemm wasal Lampedusa x-xahar li għadda fuq dgħajsa. Bħalissa s-suspettat jinsab f’qagħda kritika wara li l-pulizija sparaw xi tiri fuqu.

Waħda mill-vittmi, anzjana li kienet qed titlob fil-knisja, spiċċat b’rasha maqtugħa, filwaqt li uffiċjal tal-Bażilika wkoll spiċċa b’għonqu mħanxar waqt li kien qed jipprepara għal quddiesa, It-tielet vittma rnexxielha toħroġ mill-Knisja u tmur f’kafetterija viċin, iżda mietet ftit wara kawża tal-ġrieħi li ġarbet mill-attakk.

Ara wkoll:

Tlieta maqtula ġo knisja fi Franza – meqjus attakk terroristiku