
Raġel suspettat b’reati ta’ ħasil ta’ flus qed jitlob maħfra presidenzjali biex jiżvela min kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-ġurnal Times of Malta rrapporta li r-raġel li allegatament serva bħala l-‘middleman’ fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017 ġie arrestat nhar il-Ħamis li għadda wara li l-Pulizija kienet ilha bosta jiem tosserva l-movimenti ta’ ċirku ta’ ħasil ta’ flus li r-raġel allegatament kien jagħmel parti minnu. Sorsi qalu lil tvm.com.mt li r-raġel mhux daqstant magħruf mal-Pulizija iżda kien ilu jiġi ssuspettat li seta’ kien involut.
Ġie rrappurtat li mal-Pulizija Maltija kien hemm esperti mill-Europol li kkonfiskaw tagħmir elettroniku tar-raġel wara li li kisbu l-approvazzjoni mill-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil tal-ġurnalista.
Il-ġurnal irrapporta li r-raġel qed jikkollabora mal-Pulizija u sorsi qalu li possibilment hemm mill-inqas żewġ persuni oħra involuti fil-qtil li għadhom ma ġewx arrestati. Intqal li l-kundizzjonijiet tal-maħfra presidenzjali qed ikunu diskussi bejn il-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-Prim Ministru.
Jidher li apparti r-rakkont ta’ din il-persuna, l-investigaturi qed jittamaw li l-analiżi li l-Europol qed tagħmel fuq l-apparat elettroniku tiegħu, se tikxef iktar evidenza dwar dawk involuti fl-assassinju.
Huwa mifhum li dan il-persuna kien dak li laqqa’ lill-moħħ tal-qtil ta’ Caruana Galizia mal-irġiel li huma akkużati li wettqu l-qtil kif ukoll ma’ dawk li allegatament bnew l-isplussiv.
Fil-fatt, tliet irġiel huma akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia, l-aħwa Alfred u George Degorgio, flimkien ma’ Vince Muscat. Dawn qed jiġu akkużati li kienu huma li attivaw il-bomba.
Għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar, karozza li kienet ipparkjata għal xi raġuni spiċċat fil-baħar fil-Qawra. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ tvm.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Luzzu. Jidher li…
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ppreżenta 15-il proposta, u qal li qatt ma basar li wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista seta’ jiġi xi ħadd u jimmanipula l-istituzzjonijiet b’dan il-mod. F’kummenti…
Il-ħajt għoli tal-Isptar Mater Dei ma qatax qalb tal-10 membri tal-iscouts tal-Mosta u tifla ta’ sitt snin li xxabbtu miegħu f’attività tal-abseiling li ġiet organizzata biex tagħti sorpriża lit-tfal morda…
Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, u l-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, huma r-rebbieħa tal-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbru minn Fr Martin Micallef, Direttur…