Politika
Is-suspettat ‘middleman’ għadu ma tax l-informazzjoni kollha – Il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-interrogazzjoni ta’ dak li huwa ssuspettat li kien il-‘middleman’ fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għadha għaddejja.

Dr Muscat żied jgħid li s-suspettat, li talab maħfra Presidenzjali biex jiżvela l-informazzjoni, għadu ma tax l-informazzjoni kollha, u din hija parti mir-raġuni għalfejn huwa ma jinsabx f’pożizzjoni li jwieġeb il-mistoqsijiet kollha li qed isirulu mill-midja.

Madanakollu l-Prim Ministru fakkar li ffirma ittra li fiha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra jekk is-suspettat jagħti provi li jistgħu jiġu kkorraborati fil-Qorti. “Right now the person who has offered to give information has not given the full information yet, and the pardon has not been granted yet. So I think we should all keep in mind that this is a very delicate time and this is not a time when I can just speculate.”

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, Dr Muscat ikkonferma li l-arrest ta’ Yorgen Fenech ilbieraħ ma seħħx abbażi tal-informazzjoni mogħtija mis-suspettat ‘middleman.’

Dr Muscat saħaq li dan hu mument delikat ħafna. Mistoqsi meta se jitressaq il-Qorti Yorgen Fenech, il-Prim Ministru qal li m’għandhiex issir pressjoni fuq il-pulizija biex jaġixxu malajr għaliex il-każ għadu ma ngħalaqx.

““The case is not closed yet. Someone needs to be arraigned. Someone needs to get the presidential pardon and my top priority right now is not to feed public curiosity, but my aim right now, and my top priority is to make sure that this case is closed,” qal il-Prim Ministru.

Mistoqsi jekk Keith Schembri irrappurtax għax-xogħol f’Kastilja wara l-aħħar żviluppi, Dr Muscat qal li sa dak il-ħin filgħodu kien impenjat fuq xogħol Għawdex, u ma jafx jekk is-sur Schembri kienx l-uffiċċju.

Ara wkoll:

Maħfra biss jekk is-suspettat jagħti provi biex il-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia jitressaq il-Qorti

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Il-Ħamis li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ s-seba’ miljun passiġġier għal din is-sena. B’hekk, l-MIA leħaq l-ogħla numru ta’ passiġġieri fl-istorja tiegħu. Fi stqarrija l-MIA spjega li t-traffiku mill-MIA…

Kronaka

Luana Borg, tfajla ta’ 14-il sena ġiet irrappurtata nieqsa. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li hi dehret l-aħħar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, qrib ċinema f’Buġibba. Il-Pulizija…

Politika

L-opinjonista Dr Simon Mercieca qal li miż-żewġ kandidati li kkontestaw għat-tmexxija tal-Partit Laburista, wieħed hu tabib u l-ieħor avukat. Qal li t-tesserati u d-delegati iridu jaraw x’inhu l-aħjar, jekk bħalissa…

Politika

Il-Professur Dominic Fenech qal li l-elezzjoni interna tal-11 ta’ Jannar, mhix biss elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista, iżda wkoll elezzjoni biex dak li jkun, jinħatar bħala Prim Ministru ta’ Malta….

Aktar