Press Briefings
Is-swabs mhux se jsiru mandatorji għall-popolazzjoni ġenerali

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mhux se jsiru swabs mandatorji fuq il-popolazzjoni ġenerali sakemm ma jkunx hemm testijiet li jagħtu riżultati f’ħin qasir u jkunu kits ta’ min joqgħod fuqhom.

Huwa u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Dr Fearne qal li swabs huwa importanti li jibqgħu jsiru, u l-awtoritajiet qed jistrieħu fuq il-koperazzjoni tal-pubbliku biex jersaq minn jeddu għat-test jekk iħoss is-sintomi.

Dr Fearne stqarr li jixtieq li l-pajjiż ikollu f’idejh rapid tests li jaħdmu iżda qal li dawk disponibbli fis-suq s’issa mhumiex ta’ min joqgħod fuqhom u jistgħu jagħtu riżultat negattiv, meta fil-verità jkun każ pożittiv.

Qal li tant huwa hekk li ċertu pajjiżi saħansitra abolixxew dawn it-testijiet, tant kemm mhumiex affidabbli.

Ara wkoll:

Għall-ewwel darba ma jinstab l-ebda każ ta’ Covid-19 f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar