Barranin
Isalva mill-mewt billi ħa ritratt mill-mobile

Awstraljan għadu ħaj grazzi għall-mobile tiegħu meta allegatament induna li kien se jintlaqat minn vleġġa li setgħet kienet fatali għalih.

Ir-raġel ta’ 43 sena nduna li kien hemm xi ħadd armat bi vleġġa u qaws meta kien għadu kif ipparkja l-karozza quddiem id-dar tiegħu.

Skont il-Pulizija, il-vittma kien jaf lill-allegat aggressur, li għandu 39 sena, u nduna li kien se jisparalu vleġġa tant li laħaq ħadlu ritratt.

Meta għolla l-mobile biex jieħu r-ritratt, il-vleġġa weħlet fil-mobile, laqtet bi żbrixx lill-vittma fuq geddumu u barxitulu.

Il-Pulizija ssejħu fuq il-post u arrestaw lill-allegat aggressur.  Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest meta tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar