Barranin
Isalva min-nirien in-naħal li jgħix fuq il-bejt ta’ Notre Dame

Madwar 200,000 naħla li kienu jgħixu fuq il-bejt ta’ Notre Dame salvaw wara n-nirien li ħakmu.

In-nirien qerdu l-biċċa l-kbira tas-saqaf tal-Katidral. Madankollu minkejja li diversi ħasbu li n-naħal inqered bin-nirien, dan ma kienx il-każ.

Nicolas Géant , li jieħu ħsieb in-naħal ikkonferma li baqgħu ħajjin. Huwa ilu jieħu ħsieb in-naħal mill-2013.

B’differenza min-naħal ieħor, in-naħal Ewropew, jibqgħu ħdejn il-qolla tagħhom meta jħossu l-periklu u jaħdmu biex jipproteġu lir-reġina tagħhom.

Géant qal li b’kawża ta’ dijossidu tal-karbonju n-naħal ma jmutx iżda jorqod.