Stejjer Umani
Isalva persuna ma jafhiex billi taha l-mudullun tiegħu

Patri Franġiskan għex il-missjoni tiegħu fil-prattika, meta ta l-mudullun lill-persuna li ma jafhiex, u salvalha ħajjitha. Għall-Patri Mario Sant, is-salib tal-mard mhuwiex xi ħaga ġdida għalih. Kuljum huwa jaħdem fost pazjenti Maltin li qed jistennew il-kura fl-Ingilterra. F’Sutton, ma’ Brandon Pisani tkellem dwar il-missjoni tiegħu fost nies li jkollhom bħonn l-appoġġ tiegħu u x’waslu biex ikun donatur.

Patri Mario Sant ilu erba’ snin u nofs iwettaq ħidma pastorali mal-pazjenti Maltin meta jitilgħu għall-kura fir-Renju Unit. F’dawn is-snin li Patri Mario qatta jagħti wens lill-pazjenti li jġorru d-diffikultajiet tal-mard, huwa sab ukoll il-kuraġġ li għenu jagħmel pass ieħor – u jgħix il-karità fil-prattika billi hu stess ta’ mudullun u salva l-ħajja ta’ persuna.

Patri Sant qal “wara sena li nktibt għajtuli biex nagħti dan il-mudullun. Sabu xi pazjent li kellu bżonn il-mudullun tiegħi. Wara t-testijiet li saru, f’ġurnata, tajt dan il-mudullun.”

Iltqajna ma’ Patri Mario li għandu 37 sena ftit tal-jiem ilu f’Sutton. Tkellem magħna dwar is-sodisfazzjoni li ħass li b’ġest żgħir salva l-ħajja ta’ persuna. “Sodisfazzjon kbir, imma nerġa ngħid ma tkux ma tkunx għamilt xi sagrifiċċju enormi. Imma tħoss ħafna ferħ …. Huwa proċess sempliċi li jsalva ħajja ta’ bniedem”.

Ix-xewqa tiegħu issa hija li jiltaqa’ mal-persuna li salva, li jaf biss li hija mara.

Patri Sant qal “hawnhekk hawn liġi li tipproteġi ovvjament sew lill-pazjent u sew lid-donatur allura qabel sentejn wieħed ma jistax ikun min ikun ħadu. Issa wara sentejn, jekk il-pazjenta tkun tixtieq issir taf min hu d-donatur inkun nafu.”

Staqsejt lil Patri Mario x’wasslu biex jiddeċiedi li jagħti l-mudullun.

Patri Sant qal “kellna tifel ta’ ħames snin li kellu bżonn ta trapjant ta’ mudullun. U fid-dinja ma setgħux isibulu donatur. Komplew ifittxu, imbagħad sabu donatur imma l-match ma kinitx mija fil-mija però mbagħad l-istorja ma spiċċatx tajjeb. U hekk, mill-istorja ta’ dan it-tifel iddeċidejt li niknkiteb bħala donatur hawnhekk.”

Fl-aħħar nett Patri Mario appella lill-Maltin biex jinkitbu fir-reġistru tad-donaturi tal-organi għax kif qal wieħed ma jirrealizzax is-sagrifiċċji li jagħmlu dawk il-persuni li jkunu qed jistennew trapjant u li għalihom dan kollu jfisser ħajja jew mewt.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar