Barranin
Isalva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fl-Italja

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular.

Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina iżda ilu snin jgħix fl-Italja, kien għaddej mit-triq b’vann ta’ klijent li kien għadu kemm ħasel, meta lemaħ lit-tifel imdendel għal isfel.

Huwa tefa’ l-kaxxa tal-vann taħt il-gallarija u tela’ fiha, biex jipprova jilħaq lit-tifel. Sadanittant iżda t-tifel iċċaqlaq u telaq idejh, b’konsegwenza li waqa’.

Fernandez kien pront u qabeż biex jilqa’ lit-tifel, fejn laqgħu fl-arja u baqa’ nieżel bih b’kollox għal ġot-triq.

It-tifel u ż-żagħżugħ ittieħdu l-isptar minħabba l-waqgħa, iżda b’xorti tajba ħadd minnhom ma weġġa’ gravi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sittax-il siegħa ta’ taħditiet bejn il-mexxejja Ewropej ma kinux biżżejjed biex jintlaħaq ftehim dwar pakkett ta’ għajnuna għall-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa l-iktar milquta mill-Coronavirus. Il-Bank Ċentrali Ewropew qed jistma…

Barranin

Is-Senatur Demokratiku Bernie Sanders ħabbar li temm il-kampanja presidenzjali u fetah it-triq għall-eks Viċi President Amerikan Joe Biden biex ikun il-kandidat tad-Demokratici għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti, f’Novembru li ġej. Sanders…

Barranin

Għat-tieni ġurnata infila, Spanja rreġistrat żieda fl-għadd ta’ mwiet. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu total ta’ 757 persuna bil-Coronavirus. L-ammont ta’ mwiet fi Spanja issa huwa ta’ 14,555. Bejn ilbieraħ u…

Barranin

Ir-Renju Unit għarkupptejh. Rekord ta’ 938 persuna tilfu ħajjithom f’jum wieħed bil-Covid-19. L-għadd tal-mejta issa tela’ għal 7,097 persuna. L-awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi qed jgħidu li għalkemm il-każijiet qed jiżdiedu, is-sitwazzjoni…

Aktar