Barranin
Isalva żagħżugħ li kien involut f’inċident tat-traffiku permezz ta’ TikTok

Żagħżugħ irnexxielu jsalva żagħżugħ ieħor permezz ta’ TikTok. Trent Jarrett ta’ 12-il sena kien qiegħed live fuq TikTok meta kellu inċident bil-four-wheeler f’West Virginia.

Fortunatament għalih il-live baqa’ għaddej u dak il-ħin kien qed isegwih Caden Cotnoir ta’ 13-il sena minn New Hampshire.

Maqbud taħt il-vettura, Trent beda jgħajjat numru. Minnufih, Caden ċempel u avża lil familtu b’dak li seħħ. Bis-saħħa t’hekk Trent ġie salvat fi ftit minuti. Huwa kellu ftit tbenġil.

Caden qal lill-midja li fid-daqqa u l-ħin l-iskrin ġie iswed u kulma beda jidher kien raġġ ta’ dawl waqt li beda jisimgħu jgħajjat għall-għajnuna.

Min-naħa tiegħu, Trent qal li lanqas seta’ jieħu nifs u kulma beda jiġih f’moħħu huwa n-numru tan-nanniet tiegħu.