Renju Unit
Isalvawh wara li ġarru l-kurrent

Fir-Renju Unit, membri tas-salvataġġ kellhom operazzjoni mhux tas-soltu meta salvaw raġel fuq lilo li ġarru l-kurrent.

Ir-raġel, li kien qiegħed qed jirrilassa fil-baħar fuq lilo f’forma ta’ unicorn, spiċċa kważi 400metru ‘l barra minn Hayling Island.

Saħansitra kellu jinqala’ ħelikopter għall-missjoni tas-salvataġġ wara li r-raġel spiċċa f’wieħed mill-aktar passaġġi bieżla tal-merkanzija marittima.

Nhar it-Tnejn li għadda, b’kollox, ġew salvati 15-il persuna li bħal dan ir-raġel spiċċaw inġarru mill-kurrent.

Skont il-membri tas-salvataġġ dawn it-tip ta’ lilos huma perikolużi u m’għandhomx jintużaw il-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Familja Rjali

Id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle żvelat x’kellha mistur fil-libsa tat-tieġ. Minkejja li għajnejn bosta kienu fuq il-libsa li kienet liebsa meta żżewġet lill-Prinċep Harry, ħadd ma nduna li fil-libsa kellha…

Aktar