Lokali
Isem Malta jiżżeffen fin-nofs għat-tieni darba f’attakk terroristiku

Malta 1565 – hekk jidher li kien hemm miktub bl-abjad fuq l-arma li biha l-Awstraljan Brenton Tarrant qatel 49 persuna u darab madwar 20 oħra f’#ewġ Moskej f’New Zealand.

Tarrant qed jitqies bħala terrorist vjolenti tal-lemin estrem u miegħu weħlet Malta intortament hekk kif għamel referenza għall-Assedju l-Kbir meta fl-1565 l-Insara kienu għelbu l-Imperu Ottoman f’Malta. Barra minn hekk, Tarrant jagħmel referenza wkoll lill-Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann Jean Parisot de La Vallette fuq l-arma.

Iżda Tarrant ma kienx l-uniku estremist li spiċċa jżeffen isem Malta f’nofs għemilu. Fl-2011, l-estremist Anders Behring Breivik qatel 77 persuna fin-Norveġja meta spara u wettaq diversi splużjonijiet fuq grupp ta’ żgħażagħ tal-Partit Soċjalista li kienu fuq kampeġġ.

Behring Breivik kien ġie Malta fl-2004 flimkien ma’ ommu biex jikteb il-manifest tiegħu kontra l-Iżlam u kien żar 24 pajjiż eżotiku fosthom Malta.

Huwa kien għażel li jżur Malta biex jitgħallem aktar dwar kif l-Ewropa kienet qed tikkumbatti kontra l-Afrika ta’ Fuq.

Ara wkoll:

ARA: Jiffilmja lilu nnifsu waqt li jispara fuq in-nies fi New Zealand

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Kmieni dalgħodu seħħet ħabta frontali bejn mutur u trakk f’Ħal Qormi li ħalliet sewwieq ta’ mutur midrub. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħammieri fis-7.30am li fih kienu nvoluti sewwieq ta’ mutur…

Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Aktar