Sport
Isem Malta tnaqqax fuq it-tazza tal-kampjonat dinji tas-subbuteo

Minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż isem Malta tnaqqax fuq it-tazza tal-kampjonat dinji tas-subbuteo. Dan wara li Charles Aquilina s-sena l-oħra rebaħ dan il-kampjonat.

Għalkemm il-Maltin li jilagħbu s-subbuteo mhumiex ħafna, Malta qed torganizza l-kampjonat lokali biex ir-rebbieħ jieħu sehem fit-tazza tad-dinja tal-kampjonat Dinji tas-subbuteo wara li s-sena l-oħra Charles Aquilina rebaħ kampjonat internazzjonali.

“Jiena dejjem kienet il-ħolma tiegħi illi bħala Maltin irridu naslu xi mkien. Mindu kont żgħir kont delettant tal-isports infatti kont nilgħab il-futbol u r-regatta u kont nippresjona ruħi malli nara l-olimpjasdi u min jaf dak il-bniedem xi jħoss malli jara l-bandiera ta’ pajjiżu tiela’, dik kienet il-ħolma tiegħi li nista’ ngħid li s-sena l-oħra f’Ġibiltà saret realtà.”

F’Malta hawn diversi klabbs li jieħdu sehem f’kampjonat lokali tas-subbuteo u r-rebbieħa jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet barranin.

“Fil-logħba tagħna wieħed ixekkel lill-ieħor, allura bħala strateġija anke sfida kbira”.

Fil-każin San Ġorġ f’Bormla għaddej il-kampjonat ta’ Malta għall-kategorija individwali għax il-kampjonat jitqassam fi tliet kategoriji. Din is-sena qed jieħdu sehem 60 plejer li b’mod ġenerali kull wieħed irid jilgħab mal-għoxrin logħba li jintlagħbu fuq medda ta’ diversi xhur. Ir-rebbieħ tal-kampjonat Malti ser jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Dinji.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar