COVID-19
Iserraħ moħħ il-qraba li l-ħaddiema ta’ Dar San Ġużepp fil-Fgura qed jieħdu ħsiebhom

Anzjan li qal li huwa resident ta’ Dar San Ġużepp fil-Fgura, fejn instabu għexieren ta’ każijiet ta’ Covid-19, wassal messaġġ fuq il-midja soċjali dwar is-sitwazzjoni fir-residenza.

Huwa qal li l-familjari tal-anzjani residenti f’din id-dar m’għandomx għalfejn jinkwetaw għax l-istaff u l-management qegħdin jieħdu ħsiebhom b’mod professjonali u jieħdu ħafna paċenzja bihom.

“Għaldaqstant nitlob lill-familji tagħna biex ma jippanikjawx għax din il-ġimgħa ħadulna xi tliet darbiet swab test, u barra minn hekk mhux qed ikun hemm kuntatt bejnietna,” qal l-anzjan, filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tar-residenza u sejħilhom ‘eroj’.

Ara wkoll:

Care Malta ssaħħaħ il-miżuri ta’ prevenzjoni biex tipproteġi lir-residenti anzjani

Rekord ta’ 78 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – ifiqu 22 persuna