Barranin, Kurżitajiet
Isib il-baqar mejta f’ringiela

Raħħal fi Queensland, fl-Awstralja, għamel sejba stramba hekk kif mar fl-għalqa li fiha kellu għadd ta’ baqar. F’ringiela dritta, huwa sab il-baqar tiegħu mejta.

Il-baqar ma kinux morda, u fuqhom ma’ kienu jidhru ebda feriti. Il-baqar instabu kollha viċin l-ilqugħ tal-għalqa, fejn kien hemm il-barbed wire.

Ir-raħħal Derek Shirley baqa’ skantat bil-katavri tas-sitt baqar skjerati bi preċiżjoni ħdejn xulxin, tant li, fi kliemu, tista’ tgħaddi riga minn fuqhom.

Peress li l-baqar instabu mejta wara maltempata, l-iktar teorija probabbli hija li l-barbed wire ġibed sajjetta waqt li l-baqar kienu mal-ilqugħ, bil-konsegwenza li ħadu xokk kbir u mietu b’attakk ta’ qalb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Missier id-Dukessa ta’ Susses, Thomas Markle, qal li bintu bkiet meta saret taf li hu ma kienx se jattendi għat-tieġ tagħha mal-Prinċep Harry. F’intervista waqt il-programm Good Morning Britain fuq…

Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Aktar