Isib it-tyres tal-karozza mniżżlin wara li ħa sehem f’Dissett

Sigħat wara li Walid Nabhan, esprima l-ħsibijiet tiegħu fuq il-programm Dissett dwar il-qasma tal-komunità Musulmana f’Malta, huwa stqarr li sab żewġ tyres tal-karozza mniżżlin. F’messaġġ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, is-Sur Walid qal li jekk dan kien messaġġ, allura ħadu u qal avolja li din mhux it-tip ta’ lingwa li juża hu, mhux se jbiddel il-fehmiet tiegħu. Saħansitra stqarr li se jkompli jsaħħaħ l-argument tiegħu. Walid qal li dan kollu juri kemm “hawn min jippreferi jaħdem fid-dlam, mingħalih m’hemmx xemx għada.”

walid

Walid ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 30 sena u għandu ċ-ċittadinanza Maltija. Ftit tal-jiem ilu f’intervista ma’ tvm.com.mt, huwa wissa dwar il-qasma fost il-komunità Musulmana f’Malta u dwar it-tieni moskea li hu jirreferi għaliha bħala moskea tal-“firda,” għax jemmen li ħa tkompli tifred il-komunità Musulmana f’Malta.

Dan qalu fl-isfont tad-diskussjonijiet li qamu dan l-aħħar bil-komunità Musulmana qed tinsisti dwar il-ħtieġa urġenti għal moskea oħra f’Malta u anki talbet lill-Gvern biex tinstab soluzzjoni permanenti dwar il-postijiet tat-talb għall-Musulmani.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar