Kurżitajiet
Isib rimedju għall-marda li taħkem lill-baqar

Bidwi li jgħix f’Easter Ross fil-Highlands malajr sab rimedju faċli għall-baqra tiegħu li kienet ma tiflaħx.

Il-marda mastitis, hija waħda komuni fil-baqar li jkunu qed jipproduċu l-ħalib. Dawn jaf tiżviluppalhom infjammazzjoni meta jipproduċu ħafna ħalib li ma jiġix meħlub.

Il-bidwi qal li l-ogħġol tal-baqra, kien qed jixrob il-ħalib dejjem mill-istess parti tal-bżieżel.

Skont il-bidwi, il-bra li jidher fir-ritratt għen lill-baqra biex tnaqqas mill-uġigħ u l-infjammazzjoni li nġemgħalha fil-bżieżel.

Qal ukoll li huwa għamel li għamel fl-interess tal-baqra fejn ra li jsibilha bra b’materjal artab.

Huwa qal li dejjem hemm l-għażla li wieħed jeħleb il-baqra biex titnaqqas il-pressjoni li jinġemgħalha iżda, qal li dejjem hemm riskju kbir li l-baqra tbati u jaf tispiċċa tweġġa’ lil dak li jkun.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Hekk kif ir-Renju Unit qed jiċċelebra l-għaqda fiż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, tajjeb niftakru li mhux kull żwieġ irjali ntlaqa’ b’ferħ u entużjażmu. La mill-pubbliku u xi kultant wisq…

Barranin, Kurżitajiet

Meghan Markle mhijiex l-ewwel Amerikana u divorzjata, li se tidħol fil-Familja Rjali Ingliża. Qabilha kien hemm Wallis Simpson f’ċirkostanzi kompletament differenti minn tal-lum.  L-aħħar darba li dan seħħ, ir-Re abdika mit-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Ħafna jqisuh bħala l-aktar Prinċep fuq ruħu, forsi wkoll ribelluż, il-Prinċep li dejjem kien isib ruħu fl-inkwiet…  Il-Prinċep Henry Charles Albert David magħruf bħala l-Prinċep Harry huwa s-sitt suċċessur għat-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Londra. Belt multi-kulturali għall-aħħar. Il-kunċett innifsu ta’ Brittanniku illum il-ġurnata twessa’ biżżejjed biex ifisser tiżwiqa ta’ razez, etniċitajiet u kuluri. Iżda l-Familja Rjali sal-lum kienet għadha ma ddakkret qatt, uffiċjalment,…

Aktar