Kurżitajiet
Isibu anke traċċi ta’ fibri minn qliezet ta’ taħt fil-frott tal-baħar

Il-frott tal-baħar m’għadux li kien wara dak li kixef l-istudju ta’ grupp ta’ xjentisti Ingliżi.

Mill-istudju ħareġ li, fil-frott tal-baħar, hemm traċċi  għoljin ta’ plastik kif ukoll ta’ fibri tal-ħwejjeġ.

L-ixjenzati qalu li l-attivitajiet tal-bniedem qed joħolqu diversi impatti ħżiena fuq l-ambjent tagħna, impatti li saħansitra ma jintlemħux mad-daqqa t’għajn.

L-istudju sar fl-Università ta’ Hull u Brunel fuq frott tal-baħar mtella’ mill-ibħra Brittanniċi.

Il-frott tal-baħar, li jmantni ruħhu billi jiffiltra l-partiċelli tal-ikel li hemm fl-ilma, ma jiddistingwix bejn il-partiċelli tal-ikel u dawk tal-plastik u għalhekk instabu traċċi għoljin ta’ ħmieġ u plastik fihom.

Skont l-ixjenzati, ma’ kull 100g ta’ frott tal-baħar li nikkunsmaw, qegħdin ukoll nieklu mas-70 biċċiet tal-plastik u partiċelli oħrajn li huma velenużi.

L-ixjenzati qed jittamaw li, l-istudju li ġie ppubblikat fil-ġurnal Environmental Pollution, iqajjem aktar kuxjenza.

B’reazzjoni għall-aħbar, l-ambjentalisti qalu li jekk il-bniedem ma jqumx mir-raqda se jispiċċa mal-ambjent jeqred  ukoll lilu nnifsu.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Wara logħba emozzjonanti tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġappun u l-Kolumbja, l-istands fejn kien hemm il-partitarji taż-żewġ naħat, kif jiġri f’kull partita, ikunu mimlijin skart. Iżda l-partitarji Ġappuniżi wara r-rebħa tat-tim nazzjonali…

Barranin, Kurżitajiet

Il-President Franċiż Emmanuel Macron kiser żagħżugħ wara li dan indirizza lill-President Franċiż b’mod informali u sejjaħlu ‘Manu’, fil-qosor għall-Emmanuel. Il-President Franċiz qal liż-żagħzugħ li għandu jindirizzah b’mod uffiċjali, speċjalment minħabba…

Aktar