Barranin
Isibu ġurdien mejjet meta kważi kielu l-insalata kollha

Koppja Taljana li kienu qed jippreparaw platt appetituż bl-insalata, malajr qatgħu l-aptit.  Dan hekk kif meta fetħu l-borża tal-insalata li kienu xtraw sabu ġurdien mejjet fiha.

Il-każ seħħ f’Genova u ġie rrappurtat lill-awtoritajiet lil minnufih bdew janalizzaw il-kontenut tal-borża, filwaqt li l-ġurdien intbagħat għal xi testijiet.  Ir-raġel u l-mara se jkollhom jieħdu kura apposta minħabba d-dannu li setgħu għamlu lil saħħithom.

Il-borża tal-insalata, li hija prodott lokali Taljan, inxtrat mill-koppja minn supermarket fiż-żona fejn joqogħdu.  Huma ma ndunawx mill-ewwel li kien fiha ġurdien, u kienu laħqu kielu parti sostanzjali mill-insalata qabel is-sejba makabra.

Malli sabu l-ġurdien, marru mill-ewwel għand it-tabib.  Is-supermarket minn fejn xtraw il-prodott, minkejja li ma kienx għad fadallu boroż minn dik il-konsenja,  bi prekawzjoni, iddeċieda li jirtira l-insalata ta’ dik id-ditta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar