Ambjent
Isibu karozzza tal-kiri fil-baħar waqt li kienu qed inaddfu

Madwar tliet tunnellati ta’ skart inġabru mill-baħar u minn fuq l-art fl-inħawi ta’ Paradise Bay f’ħidma ta’ tindif kienet organizzata mill-Għaqda Mhux Governattiva Żibel bl-għajnuna tal-għaddas Raniero Borg u No to Plastic Malta. F’ħidma tal-bieraħ, il-volontiera sabu ferm aktar milli stennew b’sorpiżi li sabu fil-baħar.

Il-ħsara ambjentali speċjalment fil-baħar ikkawżata mill-plastik wasslet biex twaqqfet l-Għaqda Żibel li qed torganizzata kampanji ta’ tindif kull xahar. Iċ-Chairman tal-Għaqda Andrew Schembri qal li l-Għaqda Żibel qed tiġbor kemm tista’ skart speċjalment mill-baħar.

“L-Għaqda tagħna hija ffukata fuq cleanup’s, soluzzjonijiet, edukazzjoni, u awareness fuq plastics.”

Fl-aħħar tliet snin l-Għaqda Żibel organizzat ħidmiet ta’ tindif flimkien mal-għaddas Raniero Borg u No to Plastic Malta. Attività minn dawn saret ilbieraħ fl-inħawi ta’ Paradise Bay. Madwar mitt persuna bejn għaddasa, studenti u persuni oħra qattgħu ġurnata jiġbru mill-baħar u mix-xtut skart li jagħmel ħzara kbira ambjentali.

“Ilbieraħ kienet cleanup interessanti għax sibna igwana jgħum fil-baħar, tellgħina karozza tal-kiri li waqgħet fil-baħar, magna sħiħa u paradise bay dejjem insibu ammont kbir ta’ plastics , styrofome u ħbula li jitkaxkru mal-blat u jeħlu hemmhekk.”

L-Għaqda Żibel bdiet tuża wkoll dawk magħrufa bhala sea bins li jiġbru l-iskart mill-baħar. B’dan l-apparat li jinżel taħt wiċċ l-ilma u jerġa’ jitla’ waħda kull tant ħin jinġabar skart fosthom biċċiet tal-plastik u jublo żgħar li għamlu ħsara kbira lill-ambjent marittimu.

“Aħna għandna proġett ieħor li jismu seabin li nsibu sponsors għal dawn il-units li għandhom pompa b’saħħitha taħt jiġbdu u jnaddfu l-baħar minn żjut,plastik u affarijiet ġol-bajjiet.”

Is-Sur Schembri appella lill-pubbliku biex jibża’ għall-ambjent tal-baħar. Fakkar li l-plastik fil-baħar wara ħafna żmien jitfarrak u jittiekel mill-ħut u fl-aħħar mill-aħħar qed jispiċċa fl-ikel li nieklu.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

Aktar