Kurżitajiet
Isibu mat-82 chihuahua fuq xulxin

F’dar ġewwa Birmingham, il-Pulizija sabu mal-82 chihuahua kollha fuq xulxin wara li ntalbu jinvestigaw l-għibien ta’ mara.

Il-Pulizija baqgħu ċċassati malli daħlu ġewwa u qalu li d-dar kienet ta’ taħt fuq.

L-RSPCA ssejħu fuq il-post wara li l-Pulizija rrapportawlhom il-każ.

Il-klieb ma kienux fl-aqwa kundizzjonijiet – xi wħud minnhom kienu miżgħuda briegħed filwaqt li oħrajn kellhom xi feriti ma’ ġisimhom.

Il-mara nstabet qawwija u sħiħa iżda spjegat kif hi u r-raġel tagħha xtraw 2 iklieb taċ-chihuahua u f’temp ta’ 4 snin, spiċċaw b’80 ferħ ieħor. Il-koppja qatt ma ssewwiet il-klieb.

Il-koppja baqgħet issostni li l-klieb kienu maħbuba minkejja li nstabu fi stat ta’ abbandun. L-RSPCA ħadet lill-klieb f’Newbrook Farm Hospital għall-kura.

L-RSPCA għenu lill-koppja fit-tindif tad-dar u 4 mill-klieb ingħatawlhom lura.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Familja Rjali

Id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle żvelat x’kellha mistur fil-libsa tat-tieġ. Minkejja li għajnejn bosta kienu fuq il-libsa li kienet liebsa meta żżewġet lill-Prinċep Harry, ħadd ma nduna li fil-libsa kellha…

Kurżitajiet

Terry Laurmen, penzjonant ta’ 75 sena, iddeċieda jiddedika l-biċċa l-kbira ta’ ħinu lill-qtates tas-santwarju Wisconsin Safe Haven Pet Sanctuary f’Green Bay. Laurmen qal li dan is-santwarju jilqgħek għaliex il-qtates mhumiex imsakkrin…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Aktar