Lokali
Isibu riċetta antika u jerġgħu joħolqu l-ġobon Malti

Riċetta ta’ ġobon Malti li kienet ilha mitlufa iktar minn 100 sena reġgħet ingħatat il-ħajja permezz ta’ prodott ġdid varat fis-suq.

In-negozjant John Magro, li jmexxi kumpanija ta’ prodotti tal-ikel lokali, qal f’TVAM li kollox beda minn riċerka li ġiet ikkummissjonata bit-tir li tiskopri missirijietna x’kienu jagħmlu bil-ħalib.

Magro qal li bdew jinstabu ħafna referenzi għal imħażen tan-nar, u minn hemm skoprew li r-raħħala kienu jieħdu l-ħalib f’dawn l-imħażen biex jinħadem f’ġobon partikolari.

Żied jgħid li rnexxielhom isibu uħud minn dawn l-imħażen u anki r-riċetti li kienu jintużaw biex isir dan il-ġobon, li huwa għal kollox differenti mill-ġbejna, u jixbah iktar il-parmiġġjan.

Dan il-prodott ngħata l-isem “ġobon tan-nar”, b’referenza għall-imħażen tan-nar li dari kien jinħadem fihom.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar