Barranin
Isibu tarf tal-għaraq biex ma tintinx

Esperti jemmnu li sabu mod aħjar kif jindirizzaw ir-riħa ta’ għaraq ta’ taħt l-idejn.  Qalu li rnexxielhom jifhmu kif il-bacteria fuq il-ġilda toħloq ir-riħa tal-għaraq taħt l-idejn.

Żewġ timijiet mill-Universitajiet ta’ York u Oxford qalu li sabu l-ewwel pass biex jibdew jipproduċu ġenerazzjoni ġdida ta’ deodoranti li jistgħu jimblukkaw ir-riħa tinten ta’ taħt l-idejn.

Id-deodoranti s’issa jaħbu r-riħa bil-fwieħa u joqtlu l-bacteria bl-ethanol jew bl-antibatteriċi.  L-antiperspirant fih l-aluminium chloride biex jonqos l-ammont ta’ għaraq li joħroġ mill-pori tal-ġilda.

Biex twaqqaf l-għaraq, huwa rrakkomandat li tinħasel kuljum, tuża sapun bl-antibatteriċi biex taħsel taħt idejk, tuża deodorant jew antiperspirant, tqaxxar is-suf ta’ taħt idejk, tilbes ħwejjeġ nodfa u idealment tal-qoton.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar