Barranin
Isibuh bla ħajja f’lukanda Franċiża

Anothony Bourdain, ta’ 61 sena, instab bla ħajja f’lukanda Franċiża fejn kien qed jaħdem fuq proġett televiżiv.

Jidher li Bourdain, li kien kittieb, preżentatur u kok rinomat mad-dinja kollha, temm ħajtu fil-lukanda lbieraħ.

Bosta esprimew id-diqa tagħhom fuq il-midja soċjali bl-aħbar.

Bourdain kien ħadem qatigħ biex jesponi l-isbuħija anke tal-pajjiżi fqar u għad-drittijiet ta’ dawk li jaħdmu fil-kċejjen madwar id-dinja kollha.

Il-familja tiegħu filwaqt li tinsab taħt xokk qawwi għamlet appell biex kull min għaddejj minn mumenti diffiċli, jitlob għall-għajnuna.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Barranin

L-attriċi u direttriċi Taljana Asia Argento kienet waħda minn dawk li akkużat lil Harvey Weinstein li abbużaha. Hija kienet waħda min-nisa prominenti li mexxiet il-moviment #MeToo. Madankollu ftit xhur wara…

Barranin

Grupp ta’ anzjani mill-Korea t’Isfel waslu fil-Korea ta’ Fuq sabiex għall-ewwel darba jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li kienu nfirdu waqt il-gwerra tal-Korea bejn l-1950 u l-1953. Din il-gwerra devastanti qasmet…

Mużika

Ir-Reverendu Jesse Jackson irrakkonta wieħed mill-aħħar mumenti li għex ma’ Aretha Franklin qabel ma mietet il-Ħamis illi għadda. Waqt servizz fil-knisja fejn għexet f’Detroit, Michigan, ir-Reverendu Jackson jiftakar li kienu…

Aktar