Lokali
Isibuh għarwien ħuta qrib l-iskola tal-Baħrija

Turist Pollakk ta’ 20 sena ngħata l-libertà kundizzjonata wara li tressaq il-Qorti akkużat li offenda l-morali pubbliċi, li espona lilu nnifsu u li kien fis-sakra fil-pubbliku. Il-Pulizija sabet lil Alexander Philipp Kolacz għarwien qrib skola fil-Baħrija dalgħodu wara li għalliema fl-iskola rrapportatu lill-Pulizija. Ma kienx hemm tfal barra l-iskola fil-ħin tal-inċident.

L-ispettur Elliot Magro qal li l-ħwejjeġ tal-Pollakk instabu aktar ‘il fuq fit-triq u li waqt l-interrogazzjoni qal li xi ħadd waslu hemm u qallu li kien sejjer il-baħar.

L-akkużat talab apoloġija għal li għamel u stqarr li kien fis-sakra filwaqt li wiegħed li ma jerġax jagħmilha.

Huwa qal li għandu Malta sal-aħħar ta’ Ġunju u ammetta l-akkużi kontrih. Il-Qorti sabitu ħati tal-akkużi u lliberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor f’xaharejn mil-lum.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Lokali

Din il-ġimgħa se tkun iddominata mix-xita u xi kultant anke r-ragħad. Bejn għada u nhar is-Sibt it-temp jaf se jtellfek mir-rutina minħabba l-maltemp. Madankollu mitt bniedem, mitt fehma u hawn…

Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Aktar