Qorti
Isibulu d-droga fil-karozza meta mar jiffirma l-għassa

Jacqueline Farrugia ġiet illiberata minn akkużi li ssupplixxiet id-droga eroina. Il-każ imur lura disa’ snin, meta l-akkużata Jacqueline Farrugia kienet mas-sieħeb tagħha testinnieh fil-karozza sakemm jiffirma l-għassa.

Huma kienu qed jiġu osservati mill-pulizija li malli raw lil seħibha Jason Abela joħroġ mill-karozza, resqu lejn il-karozza tagħhom u talbu lill-akkużata toħroġ mill-vettura.

Fil-Qorti ntqal li l-akkużata bdiet taġixxi b’mod suspettuż u tefgħet numru ta’ pakketti żar ‘il barra mit-tieqa tal-karozza. Tul il-każ intqal li Jason Abela kien magħruf mal-iskwadra tal-Pulizija kontra d-droga, u ġie stabbilit li d-disa’ pakketti li rmiet l-akkużata mill-karozza, kienu tiegħu.

Il-Qorti ddikjarat li bl-ebda mod ma ġie ppruvat li Farrugia kienet qed tissuplixxi d-droga hi.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Aktar