Lokali
Isiru aktar popolari mal-Maltin btajjel f’pajjiżi li mhumiex fl-UE

Il-Maltin li siefru fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, nefqu bejniethom aktar minn mija u tliet miljun ewro waqt is-safar tagħhom. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li ras għal ras, il-Maltin nefqu €750 f’kull safra.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal bejn Jannar u Marzu li għadda, is-safriet mill-Maltin żdiedu b’aktar minn 19%. Mill-istħarriġ li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħmel dwar l-ivjaġġjar tal-Maltin, jirriżulta li fl-ewwel tliet xhur tas-sena kważi 138,000 residenti f’Malta siefru. Minnhom aktar minn 77,000 elf siefru għal btala.

Għalkemm l-Ingilterra u l-Italja baqgħu l-iktar destinazzjonijiet imfittxija mill-Maltin, jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 45% fis-safar tal-Maltin lejn pajjiżi li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea.