ISIS: Imam isejjaħ għall-qerda tal-piramidi u tal-iSphinx fl-Eġittu

Imam Iżlamiku mill-Kuwajt sejjaħ għall-qerda tal-piramidi u tal-iSphinx, waħda mis-sebat għeġubijiet tad-dinja antika. Huwa sejjaħ għat-tiġrif tagħhom għax “minkejja li l-Musulmani tal-bidu ma qerdux il-legat tal-farawni, ma jfissirx li aħna m’għandniex nagħmlu dan”.

Ibrahim Al Kandari qal li l-monumenti Eġizzjani antiki għandhom “jiġġarrfu kollha kemm huma”.

Al Kandari qal li dawn il-binjiet kbar għandhom jinqerdu biex tiġi fi tmiemha l-qima li tingħata lil dawn il-monumenti. Is-sejħa tal-Imam li jeqred għal kollox il-legat antik Eġizzjan itenni l-appell tal-mexxej tal-Istat Iżlamiku Abu Bakr al-Baghdadi. Dan tal-aħħar sostna li t-tkissir ta’ dawn il-monumenti storiċi huwa “dmir reliġjuż”.

Al-Watan, gazzetta fil-Kuwajt kwotat lill-Imam jgħid li l-fatt li l-Musulmani tal-bidu  li kienu fost is-segwaċi tal-Profeta Muhammed ma qerdux il-monumenti tal-farawni hekk kif daħlu fuq l-art Eġizzjana, “ ma jfissirx li m’għandniex neqirduhom issa”.

Is-sejħa tiegħu saret wara li ftit tal-ġimgħat ilu, il-militanti tal-Istat Iżlamiku farrku b’kulma ġie għal idejhom monumenti u artefatti li jmorru lura 700 sena Qabel Kristu f’mużew f’Mosul fl-Iraq. U jekk dan ma kienx biżżejjed fl-10 ta’ Marzu, daħlu jfarrku Knisja Kattolika tas-Seklu 10 fit-Tramuntana ta’ Mosul.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Barranin

Mara fl-Afrika t’Isfel saqet bil-Pulizija fuq il-bonnet biex tevita li taqla’ ċitazzjoni. Il-filmat inqabad minn persuni li kienu għaddejjin mill-karreġġjata ta’ biswitha. Il-mara, li għandha 27 sena, allegatament saqet bil-Pulizija…

Kurżitajiet

Partiċelli tal-karbonu nstabu fis-sekonda ta’ dawk in-nisa tqal li kienu esposti għat-tniġġis fl-arja. Dan qaluh ix-xjentisti li kienu għaddejjin b’riċerka biex jaraw jekk il-kwalità tal-arja li tkun esposta għalih l-omm…

Aktar