Island Bunkering f’każ ta’ saħħa u sigurta’

Il-Bord tad-diretturi tal-kumpanija Island Bunkering Oil Co. Ltd. Kienet imħarrka fil-Qorti, akkużata f’negliġenza fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta fil-post tax-xogħol u li, minħabba f’hekk ikkawżat ġrieħi gravi lil impjegat.

Tancred Tabone, 59, minn tas-Sliema, Jose` Pandolfino, 47 mill-Gharb; Francis Portelli, 62 minn Ta’ Xbiex; Anthony Cassar, 62 minn Hal-Tarxien; Frederick Frendo, 61 mis-Swieqi u Godfrey Massa, 44 mill-Mtarfa kienu mixlija li ma pprovdewx lill-impjegati tagħhom b’ambjent sigur, li ma ħatrux uffiċjal għas-saħħa u s-sigurta u li ma segwewx direttivi dwar saħħa u sigurta.

Fid-29 ta’ Mejju 2010, Gilbert Galea kien weġġgħa idejh sew meta din inqabditlu f’makkinarju fid-depow tal-Gudja.

Dr Albert Libreri li deher għall-vittma għarraf lill-qorti li kien intleħaq ftehim amministrattiv bejn iż-żewġ partijiet u Galea kien ċeda l-kawża għal kumpens. Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li għalkemm kellu din l-informazzjoni, ried jivverifika jekk din l-azzjoni tagħlaqx il-każ. Żil-kawza kienet għalhekk differita għas-sitta ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Aktar