Barranin
ISMA’: Bdot jitlob li jniżżel l-ajruplan għax mara nesiet lit-tarbija fl-ajruport

Każ stramb fl-Arabja Sawdija, meta bdot talab permess biex iniżżel mill-ġdid ajruplan li kien għadu kemm telaq, għaliex waħda mill-passiġġiera kienet nesiet lit-tarbija tagħha fl-ajruport.

F’filmat meħud fit-torri ta’ kontroll tal-ajruport internazzjonali King Abdul Aziz, il-bdot tat-tijira li kienet sejra lejn Kuala Lampur talab permess lill-kontrolluri tal-ajru biex idur lura.

Il-bdot qal li passiġġiera abbord l-ajruplan kienet qed tgħid li nesiet lit-tarbija tagħha fit-terminal tal-ajruport qabel telgħet fl-ajruplan, u li ma riditx tkompli bil-vjaġġ.

Għalkemm f’każ ta’ emerġenza l-ajruplani normalment jitħallew iduru lura, il-kontrolluri tal-ajru għal ftit mumenti kienu konfużi x’jgħid il-protokoll dwar din is-sitwazzjoni.

Il-ħaddiema fit-torri tal-kontroll jinstemgħu jikkonsultaw bejniethom u jerġgħu jitolbu kjarifika mingħand il-bdot, qabel ma tawh permess biex jerġa’ jinżel.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar