Elezzjoni
ISMA’: Id-deputat Hermann Schiavone jgħid li l-PL kiseb rebħa kbira

Id-deputat Hermann Schiavone qed ibassar dik li ddeskriva bħala rebħa kbira għall-Partit Laburista. Hermann Schiavone ssospenda lilu nnifsu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista f’April li għadda wara kontroversja.

F’kollegament telefoniku waqt xandira diretta ta’ TVM, id-deputat Schiavone qal li s-sondaġġi kienu diġà bassru dan ir-riżultat, li kien imsaħħaħ mit-turnout.

Waqt li tenna appoġġ għall-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, huwa qal li t-turnout wera li l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jimmobilizza l-votanti tiegħu, għall-kuntrarju tal-Partit Laburista.

Qal li qed ibassar li l-Partit Laburista se jkollu rebħa ikbar minn dik tal-2014.

Isma’ l-kumment sħiħ tad-deputat Schiavone:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Aktar