Lokali
ISMA’: Id-dulur ta’ omm li binha neħħa ħajtu, twissi fuq l-ilsna ħżiena

Omm li sena ilu tilfet lil binha ta’ 35 sena meta neħħa ħajtu, taqsam id-dulur tagħha u twissi kontra l-ilsna ħżiena li joħoqlu stigma fuq kundizzjonijiet mentali.

L-omm tgħid li l-ħajja ta’ binha kienet normali bħal ta’ żgħażagħ oħra, u sal-lum ma tistax tifhem x’kien qed iħoss minn ġewwa, għax lilha qatt ma qalilha.

Tgħid li xahar qabel neħħa ħajtu, għamel żmien joqgħod fil-kamra waħdu fid-dlam, bil-hood ġo rasu u saqajh ma’ geddumu, u jirrifjuta li jiekol. Minkejja li oħtu riedet tieħdu għand psikologu, huwa baqa’ jirrifjuta.

L-omm wissiet kontra ilsna ħżiena li jzekzku fuq min ikollu problemi mentali, u li jiskoraġġixxu lil min ikun għaddej minnhom biex ifittex l-għajnuna.

Hija wkoll kellha mumenti ta’ dlam meta tilfet lil binha, u tgħid kif sabet wens meta ċemplet fuq il-linja ta’ sapport 179, għax għenuha taljena rasha u tikkalma.

Ara l-intervista sħiħa ma’ din l-omm li xxandret fuq il-programm Dissett:

Ara wkoll:

Qatt ma bassret li s-sinjali li kien juri binha kienu ser iwasslu biex ineħħi ħajtu

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Il-Kumpanija Electrogas Malta Ltd qed tavża lill-pubbliku li ser tagħmel testijiet tas-sireni tal-emerġenza fid-Delimara Power Station nhar it-Tlieta 2 ta’ Gunju 2020 fl-10:00am. Is-sireni ser jindaqqu għal madwar 20 sekonda…

Kronaka

Ħamest irġiel ġew arrestati fl-aħħar sigħat mil-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fi tliet operazzjonijiet b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar ta’ droga. Fl-ewwel ħidma, f’Ħal Tarxien, raġel ta’ 43 sena kien…

Qorti

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront tal-Perit Anthony Mangion ta’ 72 sena, il-Perit Roderick Camilleri ta’ 36 sena, Ludvic Dimech ta’ 36 sena u Nicholas Spiteri ta’…

Kunsilli Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Qala, ippreżenta żewġ rikorsi biex jiġu revokati permessi fil-lokal. Fi stqarrija, il-Kunsill qal li qħalkemm parti mis-siti ta’ dawn iż-żewġ permessi tinsab barra mill-iskema tal-iżvilupp (ODZ) dawn ġew…

Aktar