Lokali
ISMA’: “Nofs siegħa tiġik €70 u €400 t-tlieta flimkien”

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni tilbes aktar minn libsa waħda. Jirriżulta wkoll li l-liġi kif inhi bħalissa, mhix taħseb għal ċirkustanzi ġodda li żviluppaw fil-prostituzzjoni.

Ix-xeni ta’ nisa jitlajjaw għal skop ta’ prostituzzjoni f’inħawi bħall-Gżira u l-Marsa naqsu ħafna, forsi għax din l-attività ċċaqalqet għal uħud mill-ħwienet reklamati bħala massage parlors. Sitwazzjoni oħra tittratta l-gentlemen’s clubs li fihom ikunu reklamati nisa jiżfnu, li iżda ta’ spiss huma fi lsien in-nies għal affarijiet oħra li jsiru fil-privat.

Realtà oħra, li ftit tissemma’, tinvolvi l-hekk imsejħa escorts b’għexieren ta’ tfajliet – fil-maġġoranza tagħhom barranin – jirreklamaw is-servizzi sesswali tagħhom f’Malta. Websites li jirreklamaw dawn is-servizzi juru li din l-attività titwettaq l-aktar f’appartamenti mikrija bħal f’Tas-Sliema, l-Imsida u San Ġiljan, iżda n-nisa jkunu lesti jżuru postijiet oħra bħal lukandi. Minn stħarriġ li għamilna jirriżulta li f’ħafna mill-każi, l-ismijiet ta’ dawn in-nisa u ftit dettalji bażiċi li jipprovdu, flimkien ma’ ritratti seduċenti, mhux bilfors ikunu veritieri. Korrett żgur ikun in-numru tal-mobile biex jiġu kkuntattjati.

Kemm tieħu għal siegħa?
€80 għal kollox.
Kollox. Massaġġi. Sess.

Inti Maltija?
Nofsni Maltija u nofsni Ingliża.

B’tal-linja ġej?
Iva.
Niltaqgħu fl-aħħar bus stop ta’ Buġibba mela.
Iva ħdejn il-venda.

Mara oħra talbitna biex niltaqgħu magħha ħdejn lukanda f’Tas-Sliema.

Nofs siegħa tiġik €70.
Nagħmlu sess flimkien?
Iva qalbi. Niġi miegħek.

Staqsejnieha jistax isir ukoll sess mal-ħabiba tagħha.

Iva qalbi. Ġib iktar flus u nagħmlu s-sess it-tlieta flimkien.
€200 għat-tlieta li aħna?
€200 għalija u €200 oħra għall-ħabiba tiegħi.
Għal siegħa?
Iva qalbi.

L-istħarriġ, li kien mifrux aktar, juri li filwaqt li s-servizzi huma reklamati fuq diversi websites, f’din l-industrija m’hemmx biss nisa iżda anke rġiel li lesti joffru servizzi sesswali.

Il-programm INSIGHTS tal-Ħadd filgħaxija fuq TVM jiddiskuti d-diversi faċċati tal-prostituzzjoni. L-Ispettur Joseph Busuttil mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji qal li bil-liġi preżenti, dawn is-servizzi ta’ escorts reklamati fuq l-internet mhumiex illegali. L-Ispettur Busuttil spjega li l-liġi tinkiser meta jkun hemm tlajjar għall-prostituzzjoni f’postijiet pubbliċi.

Il-programm INSIGHTS jixxandar illejla fl-10.30pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta. Aktar minn 50 stakeholder nġabru madwar il-mejda għat-tfassil tal-ewwel sistema ta’ housing f’Malta. Il-Ministru Galdes qal li d-deċiżjoni…

Temp

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi kultant fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ għada filgħodu

Aktar