Isma xi jmorru jaraw il-Maltin meta jsiefru barra

L-istaġun tas-sajf huwa l-perjodu marbut l-iżjed mal-btajjel u safar.

L-istatistika tikkonferma li ħafna mill-ivvjaġġar għal btala kemm mill-Maltin u anke mill-barranin ikun fl-awqa tiegħu fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu.

Awwissu huwa l-iktar xahar impenjattiv għall-ajruport ta’ Malta hekk kif f’dax-xahar jaslu l-akbar għadd ta’ turisti fl-istess waqt li l-akbar għadd ta’ vjaggjaturi Maltin imorru għall-btala f’Awissu.

Għamilna ftit ħin fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn osservajna attività kontinwa ta’ Maltin u barranin ġejjin u sejrin lejn Malta.

Iltqajna ma xi Maltin li qalulna li jkunu qed jistennew l-istaġun tas-sajf b’ħerqa kbira minħabba li huwa ż-żmien li jsiefru għall-ftit jiem ta’ serħan.

Mill-kummenti li ħadna huwa evidenti li l-Maltin ifittxu affarijiet li joffrulhom opportunità biex jesperjenzaw affarijiet li ma jiltaqgħux magħhom sikwit f’Malta.

Min iħobb ħaġa u min oħra.

U għall-uħud mit-turisti li ltqajna magħhom, il-fatturi li attirawhom lejn Malta huma il-klima; il-baħar u ix-xenarju tipiku Mediterranju.

Il-jiem u l-ġimgħat li ġejjin mistennija jkunu l-aktar traffikużi fejn l-attivita fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta tilħaq il-qofol tagħha.