Kronaka
ISMA’: X’qal il-PM b’rabta mal-aħħar żviluppi dwar l-arrest ta’ Yorgen Fenech?

Il-Prim Ministru qal li l-Pulizija kienu jippreferu li l-ewwel jagħlqu l-każ mal-allegat intermedjarju, jiġbru mingħandu l-evidenza u janalizzawha, u mbagħad jitkellmu ma’ persuni oħra ta’ interess fl-istħarriġ.

Dr Muscat qal li l-arrest ta’ Yorgen Fenech l-Erbgħa filgħodu meta allegatament kien se jaħrab minn Malta biddel id-dinamika tal-istħarriġ. Spjega li waqt li qed jinġabru l-provi u jsiru l-kjarifiki mal-allegat intermedjarju, il-Pulizija kellha tibda tinterroga lil Yorgen Fenech.

Il-Prim Ministru spjega l-għoti ta’ police bail lil Yorgen Fenech il-Ħamis filgħaxija. Qal li skont il-liġi malli jagħlqu t-48 siegħa mill-arrest, il-Pulizija kellha tliet għażliet: tressqu il-qorti jew tilliberah jew tagħtih police bail li jfisser li jrid ikun għad-dispoażizzjoni tagħha l-ħin kollu.

“L-investigaturi li għandi kull fiduċja fihom għandhom bzonn jistaqsu aktar mistoqsijiet u għandhom bzonn aktar ħin biex jistaqsu l-mistoqsijiet.”

Fakkar li bil-liġi, meta persuna titressaq il-Qorti, ma tista’ terġa’ tiġi interrogata.

Il-Prim Ministru indika li l-Pulizija teħtieġ aktar ħin ukoll biex tagħlaq mal-allegat intermedjarju li s’issa għad m’għandux il-proklama.

“Mhix kwistjoni li tista tingħalaq fi ftit sigħat imma hemm ċerti punti li rridu jiġu ċċarati mal-persuna in kwistjoni.”

Mistoqsi jikkonfermax li l-allegat intermedjarju Melvin Theuma kien rikoverat għall-kura fl-isptar, Dr Muscat wieġeb li hu mar minn jeddu l-isptar u għalkemm ma jkunx infurmat bil-kundizzjoni tiegħu ta’ pazjenti, ma kienx infurmat li hemm affarijiet maġġuri.

“I believe that if there is something major, I would have been informed in some way or another.”

Il-Prim Ministru ġie mistoqsi hemmx persuni oħra li resqu ‘l quddiem b’informazzjoni dwar il-każ u qed jitolbu proklama, Dr Muscat wieġeb li hu prematur ħafna li wieħed jitkellem dwar dan.

“Irrid infakkar li għada ma ħarġitx l-ewwel proklama. Meta ngħid l-ewwel proklama, hi l-unika proklama li għandi talba għaliha fuq l-iskrivanija tiegħi.”

Meta mistoqsi jekk talba simili ssir minn Yorgen Fenech innifsu jkunx hu li jiddeċiedi dwarha billi jista’ jitlob maħfra biex jiżvela tagħrif dwar korruzzjoni f’livelli għolja, Dr Muscat wieġeb li dan hu prematur ħafna u nsista li hu ma jipproteġi lil ħadd u jieħu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess nazzjonali.

Ara hawn il-kumment sħiħ tal-Prim Ministru:

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Charlayne Galea, segretarja f’kumpanija tad-diving ibbażata x-Xlendi, rebħet il-Premju Ħaddiem tas-Sena fil-qasam tat-turiżmu mogħti mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu. Matul is-serata ta’ premjazzjoni ġew rikonoxxuti l-aħwa Ġużeppi u George Said għall-kontribut u…

NGOs

Imprenditur ewlieni ta b’kemm jiswew €7 miljun f’ishma tal-kumpanija lil numru ta’ għaqdiet filantropiċi. Paul Gauci, li għandu l-maġġoranza tal-ishma tal-grupp kummerċjali PG, għamel id-donazzjoni lill-ħames għaqdiet filantropiċi, bit-tir li…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena nqabad fil-fatt mill-Pulizija meta llum daħal f’dar f’Bormla, biex allegatament jisraq. Kienu għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati minn persuna li qalet li rat…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana kellhom laqgħa mal-Kunsill tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex. Il-Kamra qalet fi stqarrija li l-laqgħa kienet pożittiva u matulha ġew diskussi diversi…

Aktar